Saturday, December 21, 2024

Stedina lill-publiku biex isegwi r-restawr tal-Palazz tal-Gran Mastru

Aqra wkoll

Il-pubbliku qed jiġi mistieden biex nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru jara fiex waslu x-xogħlijiet ta’ restawr li għaddejjin bħalissa fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Dan l-avveniment li se jsir b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation qed isir mill-Uffiċċju tal-President flimkien ma’ Heritage Malta. 

Dakinhar, il-membri tal-pubbliku se jkunu jistgħu jsegwu r-restawr li qed isir, partikolarment ix-xogħlijiet kofinanzjati mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew.

Dan jinkludi fost oħrajn ir-restawr tal-pitturi tas-seklu 18 fuq is-saqaf u t-tiżjin mal-ħitan  fil-kuridurimtal-Pointe Nobile, ix-xogħlijiet fis-sala fejn kien jiltaqa’ l-parlament u fejn issa se terġa’ ssib postha l-Armerija, kif ukoll restawr ieħor fis-sular ta’ isfel.

Il-bqija tal-proġett se tiswa €18-il miljun u se tkun finanzjata mill-Gvern Malti. Il-proġett kollu għandu jkun lest sas-sena 2025.

Il-Palazz tal-Gran Mastru, mibni fis-snin 70 tas-seklu 16 iżuruħ madwar 200,000 viżitatur kull sena. Fil-fatt huwa l-iktar wieħed imfittex fost is-siti ta’ Heritage Malta. 

Il-Palazz se jkun miftuħ mill-10.00a.m. sal-5 p.m. Id-dħul huwa mingħajr ħlas. Il-viżitaturi huma mitluba jilbsu żraben magħluqin u komdi. Dawk lebsin flip flops jew żraben bit-takkuna ma jitħallewx jidħlu. 

Ekonomija

Sport