Friday, April 26, 2024

95 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 70 oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa instabu 95 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 70 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li bħalissa f’pajjiżna hawn 1,213 każ attiv.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 468 wara li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 11-il persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19 bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija, kienu ngħataw b’kollox 959,906 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 123,944 kienu dożi tal-booster.

Sport