Friday, April 26, 2024

Stefan De Vrij mistenni jitlaq lil Inter

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Inter Stefan de Vrij mistenni jħalli lill-klabb minn Milan hekk kif wara t-30 ta’ Ġunju li ġej hu jkun aġent ħieles u għalhekk jista’ jiddiskuti kuntratt ġdid ma’ klabb ieħor. 

Jidher ukoll li r-rieda tal-plejer Olandiż ta’ 30 sena hu proprju li jitlaq lin-Nerazzurri wara esperjenza ta’ aktar minn erba’ snin. 

Fl-istess waqt id-diriġenza ta’ Inter tidher qed ittella’ u tniżżel dwar tiġdid fil-kuntratt ta’ dan l-ex player ta’ Lazio għalkemm is-soluzzjoni tidher li jħalluh jitlaq f’Ġunju li ġej. 

Sport