Il-coach ta’ AC Milan Stefano Pioli żvela li l-club qed jippjana li joffri kuntratt ġdid lil Rafael Leao fil-futur qrib fost l-ispekulazzjonijiet li għaddejjin dwar trasferiment potenzjali ma’ Chelsea.
Il-Blues huma maħsuba li għamlu offerta ta’ €80m lill-player internazzjonali tal-Portugall fl-aħħar stadji tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, iżda raw l-istess offerta miċħuda miċ-champions Taljani.
Chelsea kien ikollhom iħallsu l-klawsola ta’ release sħiħa ta’ Leao ta’ €150m sabiex ikollhom iċ-ċans li jiffirmawh qabel l-iskadenza tat-trasferimenti tal-Ħamis li għadda.