Thursday, July 30, 2026
Home Sport Gareth Southgate f’kuntatt ma’ Harry Maguire biex jassigura li hu jibqa’ figura...

Gareth Southgate f’kuntatt ma’ Harry Maguire biex jassigura li hu jibqa’ figura ewlenija għat-team nazzjonali Ingliż

0
626

Il-manager tal-Ingilterra Gareth Southgate kien f’kuntatt ma’ Harry Maguire biex jassigura lid-difensur ċentrali li hu jibqa’ figura ewlenija għat-team nazzjonali Ingliż.

Bħalissa Maguire jinsab barra mit-team ta’ Manchester United, bil-captain tal-club kostrett isegwi minn fuq il-bank minħabba l-wirjiet pożittivi ta’ Lisandro Martinez u Raphael Varane f’nofs id-difiża.

Il-player ta’ 29 sena ilu ma jidher mar-Red Devils mit-telfa ta’ 4-0 kontra Brentford fit-13 ta’ Awwissu, u qed jiffaċċja battalja għat-telgħa biex jirritorna fl-azzjoni fuq bażi regolari.