Thursday, July 30, 2026
Home Sport Stefano Pioli jiżvela li AC Milan qed jippjanaw li joffru kuntratt ġdid...

Stefano Pioli jiżvela li AC Milan qed jippjanaw li joffru kuntratt ġdid lil Rafael Leao

0
703

Il-coach ta’ AC Milan Stefano Pioli żvela li l-club qed jippjana li joffri kuntratt ġdid lil Rafael Leao fil-futur qrib fost l-ispekulazzjonijiet li għaddejjin dwar trasferiment potenzjali ma’ Chelsea.

Il-Blues huma maħsuba li għamlu offerta ta’ €80m lill-player internazzjonali tal-Portugall fl-aħħar stadji tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, iżda raw l-istess offerta miċħuda miċ-champions Taljani.

Chelsea kien ikollhom iħallsu l-klawsola ta’ release sħiħa ta’ Leao ta’ €150m sabiex ikollhom iċ-ċans li jiffirmawh qabel l-iskadenza tat-trasferimenti tal-Ħamis li għadda.