Saturday, July 20, 2024

Stefano Pioli ma jaċċettax offerta mingħand Nottingham Forest

Aqra wkoll

L-eks coach ta’ Milan, Stefano Pioli, ikkonferma li qed jitgħallem il-lingwa Ingliża bil-ħsieb li jmur jaħdem fil-Premier League, iżda allegatament irrifjuta offerta mingħand Nottingham Forest f’dawn l-aħħar jiem.

Pioli ra l-kuntratt tiegħu jintemm b’kunsens reċiproku wara kważi ħames snin mar-Rossoneri, li fihom rebaħ it-titlu tas-Serie A u wassalhom sas-semi-finali tal-UEFA Champions League.

L-era tiegħu f’San Siro kienet waslet fi tmiemha u Pioli stqarr mal-ġurnalisti li kien qed jieħu lezzjonijiet tal-lingwa Ingliża, hekk kif kien intrigat bl-idea li l-pass li jmiss fil-karriera tiegħu jkun li jmur jikkowċja fl-aqwa kampjonat fid-dinja.

Fir-rigward tal-offerta tal-Fo­rest, it-Taljan ta’ 58 sena qal li jippreferi jistenna li tasallu offerta aħjar mingħand club li jkun qed jissielet għall-unuri.

F’dan l-istaġun, il-Forest żgiċ­ċaw mir-relegazzjoni meta spiċċaw fis-17-il post. 

Ekonomija

Sport