Friday, October 18, 2024

Stefano Pioli se jkollu aktar poteri fl-affarijiet ta’ Milan

Aqra wkoll

Hekk kif is-sid ta’ AC Milan Gerry Cardinale litteralment keċċa lil Paolo Maldini u Frederic Massara minn diriġenti tal-klabb, se jkun qed jagħti aktar poteri u fuq kollox aktar flessibbilta’ lill-kowċ Stefano Pioli. Hu se jkun qisu l-manager Ingliż li jiddeċiedi mhux biss dwar tattiċi iżda anke dwar l-akkwisti ta’ xi plejers fundamentali.

Dan tal-aħħar ilu kowċ tar-Rossoneri sa mis-sena 2020 u s-sena li għaddiet rebbaħ it-titlu champion tal-Italja lill-klabb.

Cardinale qed jara lil Pioli bħala l-bniedem ideali li jista’ wkoll idaħħal bil-mod il-mod diversi żgħażagħ fl-iskwadra tal-kbar.

Sport