Wara nuqqas ta’ tliet snin, illum mistennija jirritornaw il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż. Minbarra l-Maltin u l-Għawdxin, dawn il-purċissjonijiet jattiraw ukoll għadd kbir ta’ turisti interessati f’din it-tradizzjoni li tmur lura snin twal.
Il-purċissjonijiet mistennija jibdew waranofsinhar, filwaqt li bosta kienu dawk li dalgħodu marru jagħmlu s-Seba’ Visti b’talb fil-Knisja tal-lokal jew żjarat f’diversi knejjes oħra.
Il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa jintemm il-Ħadd meta l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-akbar festa tagħha – dik tal-Għid il-Kbir – li tfakkar il-qawmien mill-imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu.