Saturday, May 18, 2024

“Titjib żgħir” fil-kundizzjoni ta’ Berlusconi wara li nstab li għandu l-lukimja 

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi qed ibati mil-lukimja u qed jingħata l-kura fl-Isptar San Raffaele ta’ Milan. 

Fi stqarrija maħruġa mill-isptar intqal li Berlusconi jinsab f’kura intensiva għat-trattament minħabba infezzjoni fil-pulmun u li t-tobba sabu li kellu wkoll il-lukimja. Żied jingħad li hemm “strateġija ta’ terapija għaddejja” b’rabta mat-trattament ta’ Berlusconi. 

Sadanittant, fl-aħħar sigħat kien irrapportat li huwa jinsab f’kundizzjoni stabbli u li kien hemm “titjib żgħir” f’saħħtu. 

Sport