Il-Mixegħla annwali fi Pjazza San Nikola fis-Siġġiewi ser tkun qed tirritorna matul din is-sena.
Għal aktar minn 15-il sena, din il-fjakkolata ġiet stabbilita bħala appuntament uniku li jispira eluf ta’ Maltin, malli l-pajjiż ikun qed jipprepara bis-sħiħ għall-Ġimgħa l-Kbira.
Dan il-sit għamel kuntatt mas-Sindku tas-Siġġiewi, Domnic Grech, li tana iktar dettalji rigward din l-attivitá:
“Din is-sena se nkunu qed nirritornaw b’din l-attivitá organizzata mil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi flimkien mal-Grupp tal-Armar tal-istess lokalitá bi skala akbar mis-soltu. Dan wara li waqt il-pandemija tal-Covid-19 ma saritx, waqt li matul is-sena li għaddiet, kien għad hemm xi restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija, waqt li kienet ix-xita u riħ qawwi. Huma mistennija 4,000 fjakkola fil-pjazza tas-Siġġiewi u 4,000 oħra fejn is-Salib tal-Għolja. Il-pubbliku Malti huwa mħeġġeġ jattendi bi ħgaru.”