L-istatistiku Vincent Marmara waqt li kien qiegħed jippreżenta l-istħarriġ tiegħu dwar ‘l-Istat tan-Nazzjon’ qal ukoll li “Wara nuqqas ta’ diversi snin, l-għatx li għandhom in-nies għall-festi tar-raħal jinħass ukoll. In-nies iqisu l-festi bħala l-aktar ħaġa importanti mill-kultura Maltija, segwiti mill-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u anke l-ikel tradizzjonali Malti.”
Dan isegwi domanda kontinwa min-naħa tad-dilettanti u l-pubbliku inġenerali li fl-aħħar xhur kompla jistaqsi dwar meta pajjiżna kien se jirritorna għan-normal wara nuqqas ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet minħabba żieda fil-każijiet tal-virus.