Thursday, December 26, 2024

Stħarriġ juri kif l-PL għandu l-maġġoranza assoluta tal-voti

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista għandu l-maġġoranza assoluta ta’ 51% tal-voti. Dan ħareġ minn stħarriġ tal-ġurnal lokali Maltatoday li fl-istess waqt juri li min-naħa l-oħra il-Partit Nazzjonalista ma żdiedx fil-voti.

L-istħarrig qed juri li l-partit ta’ Robert Abela qed jirbaħ fi tliet reġjuni; ix-Xlokk, in-Nofsinhar tal-Port il-Kbir u Għawdex. Dan filwaqt li l-Partit Nazzjonalista, qed jiddomina fit-Tramuntana ta’ Malta.

Ħareġ ukoll li l-persentaġġ ta’ dawk li se jivvutaw għall-partiti ż-żgħar li jinkludu l-Imperium Ewropa, ADPD u kandidati indipendenti bħal Arnold Cassola huma ta’ 5%.

Ekonomija

Sport