Tuesday, December 24, 2024

“Strieħ fis-sliem zi, inħobbuk”

Anthony Bongailas huwa l-vittma tal-inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

Aqra wkoll

“Strieħ fis-sliem zi, inħobbuk”. Iddikjarat dan waħda mill-ulied ta’ ħu l-vittma tal-inċident traġiku li seħħ ilbieraħ fi Triq Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li għall-ħabta tad-9:00 a.m tal-bieraħ, raġel ta’ 69 sena residenti ż-Żejtun kien ntlaqat minn vann Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 62 residenti ż-Żejtun ukoll.

Tim mediku ta l-ewwel assistenza medika lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat mejjet kawża tal-ġrieħi serji li sofra.

B’rabta ma’ dan l-inċident infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ma setax jonqos li b’reazzjoni għall-mewt traġika ta’ Anthony Bongailas, magħruf ukoll bħala Twanny, bosta kienu dawk li sellmu l-memorja tiegħu fosthom is-Soċjetà Mużikali Beland li tagħha kien membru.

Ekonomija

Sport