Thursday, May 9, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Birżebbuġa f’Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 73 sena kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Piaggio meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ karozza ipparkjata tal-għamla Ford Fiesta. 

Fil-post issejjaħ tim mediku li assista lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Sport