Friday, May 17, 2024

ARA: Isibu katavru ta’ mara f’serp fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Mara fil-provinċja ta’ Jambi fl-Indoneżja spiċċat maqtula u nbelgħet sħiħa minn serp tat-tip Python.

Jahrah ta’ madwar 50 sena kienet rappurtata nieqsa wara li ma rritornatx mix-xogħol u ntbagħtu xi persuni biex ifittxuha fuq il-post tax-xogħol. 

Xi sigħat wara li bdiet it-tfittxija għaliha, xi nies mill-istess provinċja lemħu s-serp ta’ madwar ħames metri u nnutaw li kellu l-istonku wisq kabbari. Aktar tard ġie deċiż li s-serp jinqatel u fih instab katavru. 

Kelliem għall-pulizija fil-provinċja qal li l-vittma nstabet sħiħa fl-istonku tas-serp u żied jgħid li l-ġisem baqa’ kif kien fil-parti l-kbira tiegħu.

Minkejja li dawn l-inċidenti huma rari li jseħħu, dan ma kienx l-ewwel każ ta’ persuna li nqatlet u ttieklet minn serp ta’ dan it-tip. Żewġ każi simili kienu rrappurtati fl-2017 u l-fl-2018 sussegwentament.

Sport