Friday, December 13, 2024

Studenti f’Shangai ċċensurati b’rabta m’attivismu u għażliet politiċi

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Gruppi LGBTIQ+ fost dawk milquta

Università rinomata f’Shangai tinsab taħt pressjoni wara stħarriġ kontroversjali li tolqot persuni  LGBTIQ+. Dan l-istess stħarriġ qajjem furur, issa b’mod partikolari, wara serje ta’ attentati ta’ ‘ċensura’ fuq persuni li jagħmlu parti minn din il-kommunità. 

Filwaqt li din l-università għadha ma kkonfermatx dak li ġara mal-midja, diversi nies xerrdu parti minn dan l-istħarriġ fuq il-midja soċjali, inkluż fuq Twitter. 

Jidher li dan kollu beda meta l-Università qassmet sħarriġ madwar il-kampus,  li jiċċita, ‘rekwiżiti rilevanti’, rekwiżi li l-istituzzjoni naqqset milli tispjega  dwarhom. Dan bil-għan li l-kulleġġi, b’mod ġenerali, jinvestigaw u jirriċerkaw dar l-istudenti tagħhom, b’mod partikolari dwar l-orjentazzjoni sesswali tagħhom u l-ġeneru li jidentifikaw bih. 

L-istess stħarriġ talab għal aktar informazzjoni personali fosthom dwar l-istat mentali tal-istudenti, il-kundizzjonijiet psikoloġiċi, l-għażliet politiċi, il-kuntatti soċjali u l-istat ta’ saħħa mentali.

Studenti u attivisti qrib din is-sitwazzjoni wrew it-tħassib tagħhom dwar dan il-ġbir t’informazzjoni u dak li ġie deskritt minnhom bħala mod ta’ kif jimmiraw kommunitajiet jew gruppi speċifiċi fis-soċjetà tagħhom. Esperti legali fuq Weibo, midja soċjali simili ta’ Twitter popolari fiċ-Ċina, qiegħdin jistaqsu jekk dawn il-mistoqsijiet humiex jiksru l-aħħar liġi dwar il-ksur ta’ privatezza u data

L-Awtoritajiet kontra gruppi f’minoranza

Dan il-każ mhuwiex l-ewwel wieħed tax-xorti tiegħu fiċ-Ċina hekk kif ta’ spiss isiru attakki fuq gruppi tal-attivismu fosthom tal-feminiżmu u dawk kollha li huma kontra d-diskriminazzjoni. Dan minkejja l-fatt li sa’ ftit żmien ilu ċ-Ċina kellha numru ta’ kommunitajiet magħquda, speċjalment fil-tal-universitajiet. 

Għaldaqstant, avvenimenti bħalma huma Shangai Pride, li ilha ssir għal 12-il sena waqfet milli ssir. Mijiet ta’ profili fuq il-midja soċjali fejn jidħlu LGBTIQ+ fl-Universitajiet ġew iċċensurati u eradiakti mingħajr avviż. 

Ekonomija

Sport