Wednesday, April 24, 2024

Avviz ta’ azzjonijiet industrijali mill-GWU lill-Bank Ċentrali

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi  tal-GWU tat avviz ta’ azzjonijiet industrijali lill-Bank Ċentrali dwar il-haddiema membri tagħha fis-settur tas-sigurta tal-Bank. Dan sehh wara li t-Taqsima rebhet kaz fil-qorti ghat-talba ta’ tnehhija ta’ mandat ta’ inibizzjoni mill-Bank Centrali u ware li ma ntlaħaq l-ebda qbil dwar ftehim kollettiv gdid. 

Il-kwestjoni li dwarha hemm din it-tilwima  hi dwar talba gusta tal-Union li dawn il-haddiema jahdmu xift ta’ 12 il-siegha li tippermettilhom li skond il-ligi ikollhom imqar 11 il-siegha mistrieh. Dan ix-xift kien gie introdott mill-Bank meta bdiet il-pandemija tal-Covid u sar bi qbil mal-istess haddiema biex filwaqt li ma jkunx hemm interruzzjonijiet fix-xoghol tithares is-sahha tal-istess haddiema. 

Issa li r-rutina tax-xoghol regghet lura ghan-normal hekk kif qed tonqos il-pandemija, il-Bank irid li x-xift tal-haddiema tas-sigurta’ jerga’ lura ghal dak ta’ 8 sieghat li fih lanqas hemm hin bizzejjed ta’mistrieh skond kif tintalab mil-ligi. L-Union qed tappella  lill-membri taghha sabiex  isegwu id-direttivi filwaqt li tavza lil Bank li l-bibien tan-negozjati dejjem huma miftuha sabiex jintlahaq ftehim li jkun ghal beneficcju taz-zewg nahat.

Sport