Monday, November 11, 2024

Studenti ta’ Skolasajf jitgħallmu dwar ħiliet fil-kummerċ u l-finanzi

Aqra wkoll

Studenti li attendew Skolasajf din is-sena kellhom l-opportunità jitgħallmu dwar l-intraprenditorija, il-kapaċitajiet finanzjarji u l-ħiliet fis-suq tax-xogħol permezz ta’ programm speċifiku li kien żviluppat apposta għalihom u implimentat minn JA Malta. 

Il-programm kien appoġġjat mill-HSBC Malta Foundatioin li għenet lil JA Malta fl-impenji tagħha li tipprovdi intraprenditorija u ħiliet finanzjarji liż-żgħażagħ għal dawn l-aħħar tletin sena. Impjegati tal-HSBC ukoll ivvoluntarjaw biex jgħinu f’dan il-programm fil-klassijiet madwar Malta u Għawdex.

Dan il-Programmi matul Skolasajf ipprovdew lit-tfal kemm fil-livell primaru u sekondarju, opportunitajiet b’mod prattiku li jitgħallmu l-ħiliet fil-kummerċ u l-finanzi li jistgħu jkunu utli f’ħajjithom. L-istudenti ngħataw ukoll l-opportunità li jesprimu x-xogħlijiet tagħhom lil panel ta’ esperti matul okkażjoni finali li matulha kienu ppreżentati premjijiet lill-aħjar timijiet f’kull programm.

L-HSBC Malta u HSBC Malta Foundation ilhom għal żmien twil jappoġġjaw l-intraprenditorija u l-edukazzjoni fil-litteriżmu finanzjarju, partikolarment permezz tal-JA Malta. Dawn il-programmi suċċess matul is-sajf laħqu aktar minn elf student u studenta u ma kinux jirnexxu kieku ma kienx għad-dedikazzjoni ta’ impjegati tal-HSBC li ħadmu b’mod volontie biex wasslu dawn il-programmi f’total ta’ 12-il ċentru differenti tal-edukazzjoni. 

Ritienne Pisani, Kap tal-Uffiċċju Investiment fl-HSBC Life Assurance (Malta) Ltd,  ikkoordinat din l-inizjattiva. 

‘Il-Komunità u l-Ekonomiji għal Programmi ta’ Suċċess’ f’JA Malta, kienu appoġġjati wkoll mill-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet.

Sport