Saturday, December 21, 2024

Studenti tal-Liġi jipprotestaw kontra d-deċiżjoni tal-Fakulta tagħhom relatata mal-Covid-19

Aqra wkoll

L-GĦSL tisħaq li l-Fakulta’ għandha taġixxi flimkien mal-istudenti, u mhux kontrihom

L-Għaqda Studenti tal-Liġi (GħSL), fi ħdan l-Universita ta’ Malta, akkużat lill-Fakulta tal-Liġi bit-teħid ta’ deċiżjonijiet “kontra r-rieda tal-maġġur parti tal-istudenti.”

“Wata li pproponejna biex il-maġġur parti tal-eżamijiet isiru forma ta’ asssignments, ir-rappreżentanti tal-istudenti mingħajr spjegazzjoni tneħħew mid-dritt tal-vot tagħhom, u wasslu biex deċiżjoni bħal din tittieħed mingħajrhom, b’metodu li qatt ma ntuża qabel.”

L-GħSL saħqet ukoll li l-istudenti ma kinux qegħdin jingħataw lezzjonijiet online b’rata suffiċjenti, “tant li kienu qegħdin jiġu sfurzati joqogħdu għal eżamijiet li l-Fakulta ma ppreparathomx għalihom biżżejjed.”

Minkejja li l-għaqda kienet ippreżentat rapport dettaljat wara kommunikazzjoni li hija kellha mal-istudenti, l-GħSL saħqet li “l-proposti tagħha kienu miċħuda. Issa, il-ballun qiegħed f’sieq il-Fakulta biex tirrikonoxxi l-iżbalji li saru, u tibda taħdem mal-istudenti, mhix kontrihom.”

Ekonomija

Sport