Wednesday, July 24, 2024

Studju jindika li n-numru ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 f’Wuhan kien 10 darbiet aktar milli rapportat

Aqra wkoll

Studju tal-prelevanza ta’ antibodies f’Wuhan sab li nofs miljun persuna setgħu kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser għaxar darbiet aktar milli inizjalment maħsub.

L-istudju, li twettaq miċ-Ċentru Ċiniż għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC) sab li l-prelevanza ta’ antibodies huwa ferm aktar għoli f’Wuhan, il-belt fejn faqqgħet il-pandemija, milli f’żoni oħrajn.

L-istudju kien jinkludi testijiet f’kampjuni tad-demm minn 34,000 persuna fil-provinċja ċentali ta’ Hubei fiċ-Ċina, fosthom mill-belt ta’ Wuhan, u kif ukoll minn Beijing, Shanghai, Guangdong, Jiangsu, Sichuan, u Liaoning.

Il-preżenza ta’ antibodies għall-Covid-19 jindikaw li l-persuna kienet ġiet infettata bil-virus.

Mill-istudju tas-CDC jirriżulta li r-rata ta’ antibodies fil-popolazzjoni ta’ Wuhan kienet tammonta għal 4.43%, bil-popolazzjoni tal-belt tammonta għal 11-il miljun persuna. Dan jissuġġerixi li n-numru ta’ persuni (487,000) li kienu pożittivi għall-virus huwa kważi 10 darbiet aktar mill-50,354 li kienu oriġinarjament rapportati.

Ekonomija

Sport