Saturday, December 21, 2024

Studju juri li l-vapes ma jagħmlux ħsara waqt it-tqala

Aqra wkoll

L-użu ta’ sigaretti elettroniċi waqt it-tqala ma jagħmilx ħsara lill-omm jew lit-tarbija. Dan ħareġ minn studju mill-Università Queen Mary ta’ Londra.

L-istudju, ippubblikat fil-ġurnal Addiction, sab li dawn ma’ jwasslux għal “avvenimenti avversi fit-tqala” jew li jistgħu jwasslu għal riżultati ħżiena. 

Il-Professur Peter Hajek qal li s-sigaretti elettroniċi kienu ta’ għajnuna għal dawk li jpejpu u li huma tqal, sabiex jieqfu mingħajr ma joħolqu riskji.

Min-naħa tagħha, il-Professur Linda Bauld, mill-Università ta’ Edinburgh qalet li minkejja li sar dan l-istudju, għad hemm bosta kliniċi, nisa tqal u familjari li jinsabu inċerti dwar dan.

Ekonomija

Sport