Monday, December 16, 2024

Studju juri li meta tagħmel nofsiegħa eżerċizzju kuljum tkun fiċ-ċans li tibqa tajjeb mentalment meta tixjieħ

Aqra wkoll

Għal dawk li jivvjaġġaw lejn ix-xogħol bil-mixi u dawk li jibdew il-ġurnata b’mixja mgħaġġla, il-benefiċċji ta’ dan l-eżerċizzju filgħodu huwa meqjus bħala tajjeb immens.

Bosta xjentisti jemmnu li l-attività mhix biss idea tajba sabiex tibda l-ġurnata bit-tajjeb, iżda wkoll din normslment qed tkun assoċċjata mal-fatt li din tgħin sabiex persuna jkollha aktar memorja tajba.

Studju li sar mill-Università ġewwa Londra, wera li meta persuna tagħmel adwar nofsiegħa ta’ attività fiżika moderata u torqod minn tal-inqas sitt sigħat bil-lejl, tista twassal biex il-quddiem la tikber tibda tinsa inqas.

Ir-riċerkaturi nnutaw l-attività fiżika hija assoċjata mhux biss mal-fatt li wieħed ma jinsiex, iżda wkoll mar-riskju inqas li meta persuna tixjieħ tibda tbati bid-dimenzja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport