Monday, December 23, 2024

Stupra żewġt irġiel li ltaqa’ magħhom fuq app… ikkundannat 14-il sena ħabs

Aqra wkoll

Raġel li stupra żewġt irġiel, li ltaqa’ magħhom fuq l-app ‘Grindr’ ġie kkundannat 14-il sena ħabs. 

Rapporti internazzjonali qalu li huwa kien ta’ riskju sinifikanti għall-irġiel madwar Londra.

Aaron Goodey, raġel ta’ 23 sena minn Enfield, iltaqa’ ma’ dawn l-irġiel fuq l-app qabel ma’ eventwalment stuprahom ġewwa r-residenza tagħhom.

Fil-Qorti ntqal li mbagħad huwa ħa lill-vittmi f’post minn fejn jinġibdu l-flus u ġiegħelhom jiġbdu l-flus waqt li heddidhom b’aktar vjolenza.

Skont il-Pulizija, iż-żewġ attakki seħħew fiż-żona ta’ Enfield li tinsab fit-tramuntana ta’ Londra.

Huwa nstab ħati ta’ tliet akkużi ta’ stupru, żewġ akkużi ta’ serq u akkuża ta’ rikatt.

Fil-Qorti ntqal li Goodey ġie arrestat f’Lulju tas-sena l-oħra wara investigazzjoni dwar żewġ inċidenti fejn irġiel ġew stuprati minn wieħed li ltaqgħu miegħu fuq Grindr.

Aktar inkjesti tal-pulizija rriżultaw li Goodey kellu konnessjoni ma’ każ ieħor li seħħ f’Lambeth f’Jannar 2020.

Ekonomija

Sport