Il-Belt Valletta rat suċċess kbir bl-ewwel edizzjoni tas-Suq tal-Milied, attività unika li saret bejn is-7 u t-8 ta’ Diċembru, biswit is-Suq tal-Belt. Din l-inizjattiva organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, b’kollaborazzjoni mas-Suq tal-Belt, laqgħet mijiet ta’ viżitaturi u residenti, li ħadu sehem f’żewġ ġranet mimlijin artiġjanat u talent lokali.

Is-Suq tal-Milied serva bħala pjattaforma mhux biss għall-artiġjani lokali li ppreżentaw xogħolhom, iżda wkoll għaż-żgħażagħ li kellhom l-opportunità li jesebixxu l-kreattività tagħhom.
Dan il-kunċett wera l-ispirtu tal-Milied fil-komunità tagħna, fejn il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, it-tema festiva, u l-appoġġ għall-artiġjanat lokali għenu biex jinħoloq ambjent mill-isbaħ.

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal li din kienet attività fil-qalba tal-Belt Kapitali, li tat pjattaforma lit-tradizzjonijiet Maltin.
“Iż- żminijiet tal-ispirtu tal-Milied jibqa’ fiċ-ċentru tal-komunità tagħna, grazzi lis-suq tal-Belt ghall-kooperazzjoni u l-organizzazzjoni. Il-Kunsill determinat li jorganizza aktar inizjattivi simili biex ikompli kemm għall-komunità beltija kif ukoll għal kull min jidħol fil-kapital” qal McKay.

Huwa rringrazzja lil kull min għamel dan possibbli u qal li jinsab determinat li nkomplu nibnu fuq dan is-suċċess għas-snin li ġejjin.