Tuesday, May 13, 2025

Suċċess wara l-ieħor fil-kickboxing għal Jake Azzopardi

Aqra wkoll

Jake Azzopardi – kickboxer li għad għandu biss 11-il sena iżda li kulma jmur qed jikseb suċċess wara l-ieħor fil-kickboxing. Ilu jittrenja l-arti marzjali minn meta kellu biss ħames snin, ma’ Team Noel Fightand Fitness taħt il-gwida ta’ Master Noel Mercieca.

Huwa s’issa għandu rekord tajjeb ħafna ta’ kompetizzjonijiet.

Huwa Champion nazzjonali tal-kategorija tiegħu jiġifieri 9-11-il sena under 40 kg tas-sena 2023 u 2024. Intgħażel għall-World Championship 2023 u 2024 ġewwa l-Awstrija. Ħa sehem fil-European Championships 2025 li saru għall-ewwel darba ġewwa Malta u fid-dixxiplini tal-Muay Thai – K1 – Unified rules.

Rebaħ id-deheb u sar iċ-Champion Ewropew tal-Muau Thai. Rebaħ il-fidda fil-Unified rules. U l-bronż fil-K1. Sar l-iżgħar Champion Ewropew li rrappreżenta lil Malta.

Bħala taħrig, jittrenja kuljum. L-iktar ħaġa diffiċli li jsib huwa d-dieta sabiex ikun jista’ jasal il-weight tal-ġlieda li jkun miftiehem. Huwa rebaħ ukoll il-Gladiators title fl-2024 fi ġlieda kontra atleta Taljan.

Jake issa qiegħed iħares ‘il quddiem sabiex kull opportunitá li tinqala’ kemm f’Malta kif ukoll barra min Malta. Jake jiehu sehem f’ħafna seminars kemm Malta kif ukoll barra min Malta u jittrenja ma’ ħafna ‘fighters’ li huma ta’ fama mondjali fosthom Andy Souwer, Phetjeeja Ormeekhun, Jonathan Haggerty, Superbon, Nong go, Liam Harrison, Sitthichai Sitsongpeenong, u Orenesto Hoost, fost oħrajn.

Din is-sena Jake ħa jkun qiegħed imur għal training camp ġewwa t-Tajlandja sabiex ikompli jsaħħaħ il-ħliet tiegħu. Huwa rebaħ diversi drabi ukoll l-unur ta’ Best junior fighter.

Preżentement huwa ‘brown belt’ u din is-sena jkollu l-eżami sabiex isir fost l-iżgħar jekk mhux l- iżgħar kickboxer ‘black belt’ f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport