Monday, June 2, 2025

Suċċess wara l-ieħor għal Gig Baldacchino fiż-żfin

Aqra wkoll

Gig Baldacchino ta’ 11 il sena minn Birkirkara kulma jmur qed jikseb suċċess wara l-ieħor fiż-żfin.

Gig ilu jiżfen minn meta kellu tliet snin u jipprattika diversi dixxiplini fosthom Ballet, Jazz, Spanjol, Modern, Street u Lyrical. Jittrenja din l-arti ġewwa Seed Dance Studio taħt id-direzzjoni ta’ Ms. Marisha Bonnici u t-tim tagħha.

Fi Frar li għadda huwa attenda diversi Masterclasses tal-Metti Le Ali Al Talento ġewwa Cattolica, fl-Italja fejn ġie nnutat u rebaħ diversi scholarships, inkluż invit dirett għall-Final Audition għall-programm ta’ studju full-time ġewwa Elmhurst Ballet School ġewwa Birmingham, l-Ingilterra.

Din kienet sorpriża kbira għall-familja ta’ Gig, u b’hekk attendew għal din l- audition u ftit ġimgħat wara rċevew l-aħbar li huwa ġie magħżul biex jibda minnufih f’Settembru li ġej. Dan hu unur kbir għall-familja ta’ Gig u anke għal pajjiżna li ta’ 11-il sena biss diġá ġie rikonoxxut fi skola prestiġjuża bħal din.

Għalkemm din ħa tkun iebsa għall-familja ta’ Gig kollha peressli ħa jkunu mifrudin minn xulxin, Gig qed iħares ‘il quddiem biex jibda dan il-vjaġġ ġdid fil-karriera tiegħu u l-familja tiegħu se tkun warajh bis-sħiħ. Wara kollox oppurtunitá bħal din ma tiġix kulljum.

F’dawn l-aħħar snin Gig kien ukoll ġie magħżul biex jattendi Masterclasses tar- Royal Ballet ġewwa Londra u anke Livorno. Minn dejjem kien passjonat fuq iż- żfin. Ħajtu hi kemmxejn mgħaġġla għax irid ilaħħaq mal-iskola, homework, żfin, MUSEUM u ġieli attivatijiet oħra, peró jistinka u jsib ħin għal kollox. Il-karriera taż żfin ma kinitx faċli għalih għax sab diversi xkiel matul is-snin. 

Peressli hu tifel u ż-żfin għal xi raguni hawn Malta ħafna għadhom iqisuh li hu xi ħaġa tal-bniet, ġie ffaċċjat b’diversi tipi ta’ ‘bullying’, peró, hu għeleb dan kollu u baqa’ jippersisti. Għalhekk ħadd m’għandu jaqta’ qalbu u għandu jibqa’ jaħdem u jemmen f’dak li jrid!

Ta’ nota huwa l-fatt li s-sajf li ġej mistenni jkun wieħed intensiv għal Gig hekk kif se jkun qed jieħu sehem fl-English National Ballet School f’Forli fejn kiseb parteċipazzjoni diretta, imbagħad se jkun qed jieħu sehem fl-Elmhurst junior summer school fejn ħa scholarship sħiħ u mbagħad se jkun qed jieħu sehem fil-YGP Summer School f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport