Sunday, December 22, 2024

Sudaniż akkużat li kellu fil-pussess tiegħu droga sintetika

Aqra wkoll

Abdul Bari Yousef Basir, Sudaniż ta’ 22 sena li fil-Qorti qal li m’għandux indirizz fiss fejn jgħix f’Malta kien akkużat li kellu fil-pussess tiegħu droga sintetika li hija ġdida fis-suq.

L-Ispettur Elisia Scicluna li qed tmexxi l-prosekuzzjoni qalet li din id-droga kienet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Fil-Qorti ġie spjegat li hu ġie arrestat mill-Pulizija waqt ronda li saret fi ġnien pubbliku fil-Marsa nhar is-Sibt filgħaxija liema ronda kienet qiegħda ssir b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari.

L-Ispettur qalet li l-Pulizija ġiehom suspett fl-akkużat hekk kif deher mifxul x’ħin ra l-uffiċjali u anke rreżista l-arrest. Wara li ttieħed l-għassa u saret tfittxija fuqu nstabulu diversi pakketti b’sustanzi illegali f’tazza li kellu. Waqt din it-tfittxija nstabu wkoll diversi pakketti li minkejja li kienu vojta s-soltu jintużaw għad-droga.

Basir quddiem il-Maġistrat Gianella Caruana Busuttil wieġeb mhux ħati. Id-difiża waqt li talbet għall-ħelsien mill-arrest qalet li l-klijent tagħha qiegħed ifittex l-ażil f’Malta u għalhekk qatt ma seta’ jaħrab mill-pajjiż.

Wara li semgħet iż-żewġ naħat, il-Qorti ordnat li s-Sudaniż jibqa’ jinżamm arrestat.

Ekonomija

Sport