Saturday, December 21, 2024

Sular f’Villa Messina f’iżolament wara li impjegat imlaqqam irriżulta pożittiv

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Persuni bi qraba f’Villa Messina lbieraħ ġew avżati biex ma jmorrux għall-viżti  tas-soltu wara li wieħed mill-ħaddiema rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ CareMalta fejn ikkonfermawlna li l-każ pożittiv u li l-impjegat kien diġà mlaqqam. Din id-dar tal-anzjani m’hiex magħluqa iżda għandha sular sħiħ f’iżolament minħabba possibbiltà ta’ kuntatt.

Hekk kif il-każijiet ġodda tal-Covid-19 f’Malta reġgħu telgħu b’rata mgħaġġla, Villa Messina kellha tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa minħabba każ pożittiv fost il-ħaddiema tar-residenza. 

Il-kelliema għal CareMalta, Simonne Schembri, qaltilna li bħalissa m’hemm ebda residenti fi kwarantina u li m’hemm ebda riżultati ta’ testijiet pendenti. Sadanittant hija infurmatna wkoll li fi żmien ħamest ijiem se jkunu qegħdin jagħmlu swabbing tal-impjegati li setgħu ġew f’kuntatt mal-persuna infettata bil-Covid-19.

Villa Messina, li nfetħet uffiċjalment nhar il-31 ta’ Awwissu tal-1996 u tinsab fil-qalba tar-Rabat. Bħala residenza din tinkludi 104 kmamar u tista’ tilqa’ fiha 218-il anzjan.

Ekonomija

Sport