Friday, December 13, 2024

“Suldat… diġà qed inħoss in-nuqqas tiegħu”

Aqra wkoll

“Diġà qed inħoss in-nuqqas ta’ Toni Zarb, it-telefonati spissi ta’ bejnietna u l-ħeġġa bla qies tiegħu.” Iddikjara dan l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-aħbar tal-mewt tal-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb li hu iddeskriva f’kelma waħda bħala “suldat”.

Muscat kompla biex jgħid li li għandu jinkiteb dwaru diġà nkiteb jew se jinkiteb fis-sigħat li ġejjin minn eluf li għen permezz ta’ ħidma ġenwina u bla waqfien.

Huwa qal ukoll li jiftakar sew kemm kien kuntent li ngħata rikonoxximent mill-Istat bħala Membru tal-Ordni tal-Mertu wara li spiċċa minn Segretarju Ġenerali tal-GWU. Bl-istess mod fakkar kemm kien iddispjaċut bil-mibegħda online li kien suġġett għaliha minħabba li ngħata din il-midalja. Kien hemm min argumenta b’mod kattiv li ma kienx ħaqqu u li ġie rikonoxxut għaliex Laburist, xi ħaġa li qatt ma ħeba.  

“Issa wara mewtu, kif jiġri kważi dejjem, kulħadd jibki, jew taparsi jibki. Ton, issa daqshekk inkwiet żejjed. Strieħ fis-sliem”, temm Muscat.

Ekonomija

Sport