Alexandre Lanckbeen suldat Franċiż ta’ 20 sena spiċċa nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar hekk kif kien qiegħed jieħu sehem f’logħba mal-kollegi tiegħu.
Skont rapporti fil-midja internazzjonali, is-suldat kien qiegħed jattendi festin mal-kollegi, u waqt dan il-festi saret logħob bl-armi tan-nar.
Għal xi raġuni waħda mill-armi tan-nar li kienet qiegħda tintuża ma tneħħix il-munizzjon minnha bil-konsegwenza li Lanckbeen intlaqat minn tiri.
“Nixtieq nibgħat il-kondoljanzi tiegħi lill-familja tal-vittma u dawk kollha li kienu jafuh. Aħna qegħdin inwegħdu l-appoġġ sħiħ lill-familja tal-vittma f’dan il-mument diffiċli. L-armata Franċiża mhux se tħallikom weħidkom,” qal uffiċal għoli tal-Armata Franċiża.
Dwar dan il-każ infetħet investigazzjoni dwar kif is-suldati wara kollox kienu qegħdin jagħmlu logħba bl-armi tan-nar li jintuża fis-servizz.

