Friday, December 27, 2024

Sunak jinħatar Kap tal-Partit Konservattiv

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sunak se jkun il-Prim Ministru tal-Ingilterra wara li fl-aħħar ħin ġie elett bħala l-kap tal-konservattivi.

Fl-ewwel kummenti tiegħu huwa qal jħossu onorat bil-fiduċja li wrew fih il-maġġoranza tal-membri fl-istess partit.

Huwa qal li se jkun qiegħed imexxi b’umiltà u b’integrità filwaqt li wiegħed li se jkun qiegħed jaħdem qatigħ biex iservi lill-poplu tiegħu.

Dalgħodu: Sunak viċin li jsir PM tal-Ingilterra wara li Johnson irtira mit-tellieqa

Boris Johnson ħabbar li mhux se jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Konservattiv biex ħalla l-bieb miftuħ għal Rishi Sunak biex isir il-Prim Ministru ġdid tal-Ingilterra.

Wara li mexxejja anzjani wissew li r-ritorn ta’ Johnson se twassal għal kaos sal-aħħar tal-ġimgħa, l-eks Prim Ministru ammetta li ma kellux l-appoġġ ta’ membri parlamentari biżżejjed biex imexxi partit magħqud.

Johnson, li qatt ma nieda uffiċjalment il-kampanja tiegħu, iddikjara l-Ħadd filgħaxija li jemmen li seta’ jwassal għal rebħa tal-Konservattivi fl-2024 iżda għalissa “ma kienx il-mument it-tajjeb.”

Fuq Twitter, Sunak qal li r-Renju Unit kienet grata lejn Johnson għall-mod kif wassal għal Brexit u l-programm ta’ vaċċinazzjoni fost l-oħrajn. “Għalkemm iddeċieda li ma jerġax jikkontesta għal PM, nittama tassew li jkompli jikkontribwixxi għall-ħajja pubblika f’pajjiżhom u barra.”

Il-mossa ta’ Johson tagħmel pressjoni fuq Penny Mordaunt, it-tielet kandidat fit-tellieqa, biex tirtira u taċċetta li Sunak ikollu l-appoġġ tal-membri parlamentari, bi kważi nofshom diġà jappoġġjawh. Sal-Ħadd filgħaxija hija kellha biss 30 membru, 70 inqas min-numru meħtieġ biex tniżżel isimha fuq il-polza tal-vot.

Sunak, li ġie t-tieni fit-tellieqa kontra Liz Truss matul is-sajf, ġabar in-nomini meħtieġa fi tmiem il-ġimgħa. Sal-Ħadd kellu aktar minn 165 partitarju inkluż il-Ministru tal-Uffiċċju tal-Kabinett Nadhim Żahami, li sigħat qabel ħabbar ir-ritorn ta’ dak li sejjaħ “Johnson 2.0”. 

Sors qrib Sunak qal li mhu “jieħu xejn for granted” u li “Rishi se jkun qed ikompli jitkellem mal-kollegi qabel jidħlu l-karti tan-nomini, u jiddiskuti kif l-aħjar jgħaqqad il-partit u jmexxi lill-pajjiż ‘il quddiem.”

Ekonomija

Sport