Qed ikun investigat il-każ ta’ ħruq ta’ superyacht ta’ $30 miljun tan-negozjant Awstraljan-Ingliż Michael Hintze f’Sydney tard is-Sibt filgħaxija.
Il-midja internazzjonali qiegħda tirrapporta li membri tal-emerġenza ssejħu f’Clarke Road f’Woolwich, wara t-8.00 p.m., wara li l-bastiment ta’ 195 pied inħakem għalkollox min-nirien.
Minnufih bdiet ħidma biex jintfew in-nirien iżda l-bastiment “Andiamo” inqered, b’partijiet minnu jibqgħu f’wiċċ l-ilma. Intant, infetħet investigazzjoni mill-Kmand taż-Żona Marittima biex ikun stabbilit il-kawża tan-nirien.
L-“Andiamo” kien super yacht lussuż li nbena fl-2009 ġewwa l-Italja.