Wednesday, April 24, 2024

Surf’N Turf bl-ewwel suċċess fil-Premier

Aqra wkoll

Il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għal kampjonat Krafft għal żwiemel tal-klassi Silver. Dan permezz ta’ tmien heats fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn il-heats għamlu parti mill-44 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Barra dan, il-programm inkluda wkoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet mill-Iżvediż Surf’N Turf misjuq minn Carl Caruana.

Ħmistax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Surf’N Turf (Carl Caruana) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn  Baladin Du Reynard (Kurt Saliba) u Bara Min (Noel Baldacchino). 700m mil-linja finali, iż-żiemel ta’ Caruana kien għadu jiġri b’ċerta saħħa u saħansitra anki beda jżid fil-ġiri. Surf’N Turf irnexxilu jirreġistra l-ewwel rebħa f’Malta faċilment b’vantaġġ ta’ ħames tulijiet mill-ġdid Franċiż Calin D’Havaroche (Andrew Farrugia) u Abydos Du Vivier (Charles Degiorgio). Onceforall Face (Brian Hili) temm fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kollu medja ta’ 1.16.6” fil-kilometru.

Mill-heats tal-klassi Silver 32 żiemel għaddew għas-semi finali. Fl-ewwel heat, Mario Farrugia poġġa lill-Franċiż Coyote Du Relais quddiem minnufih wara li ngħata l-bidu uffiċjali. Dan żamm l-ewwel post sat-tmiem biex ħa t-tieni rebħa tas-sena b’nofs tul minn Denka Du Frau (Redent Magro). Mystic Accident (Paul Galea) u d-debuttant Carlos Du Gabarin (Joseph Tabone) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. 

Fighter Perrine (Rodney Gatt) beda jżid fil-pass dawra mit-tmiem tat-tieni heat mill-istess kompetizzjoni. B’hekk dan il-Franċiż ħa t-tieni rebħa staġjonali b’tul minn Emissoro (Raymond Schembri) u Ezior (Charlton Muscat). Uranus Tepol (Joseph Cassar) daħal warajhom f’dik l-ordni. 

Fit-tielet heat Silver, protagonist ewlieni reġa kien is-sewwieq Rodney Gatt. Din id-darba permezz tad-debuttant Franċiż Forever d’Ecajuel li kellu sprint tajjeb tul l-aħħar 500 metru biex b’tul u nofs ħa l-ewwel rebħa fi xtutna. Dan minn Dak Oldack (Daniel Hili), Classic Gal (Jean Pierre Farrugia) u Wellington (Nathaniel Barbara).

Ta’ min wieħed jinnota li matul dan il-programm is-sewwieq Cliferty Calleja ġie ppreżentat bi plakka kommemorattiva wara li l-ġimgħa li għaddiet irnexxilu jirbaħ il-Kampjonat tad-Dinja għal Sewwieqa Dilettanti. Dan il-kampjonat ġie organizzat fi tliet koros differenti fl-Italja.  

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Coyote Du Relais (M. Farrugia) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Denka Du Frau (R. Magro) 3. Mystic Accident (P. Galea) 4. Carlos Du Gabarin (J. Tabone)

II Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fighter Perrine (R. Gatt) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Emissoro (R. Schembri) 3. Ezior (Ch. Muscat) 4. Uranus Tepol (J. Cassar) 

III Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Forever d’Ecajuel (R. Gatt) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Dak Oldack (D. Ħili) 3. Classic Gal (J. P. Farrugia) 4. Wellington (N. Barbara) 

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Baqualito Mag (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Chene De Landiscq (C. Vassallo) 3. Caesarus d’Ela (R. Magro) 4. Tonight Lux (P. Galea) 

Baqualito Mag misjuq minn Degiorgio

V Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Drop De Corday (J.C. Pace) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Aimant (N. Baldacchino) 3. Diamant Nonantais (D. Casha) 4. Ermes Des Brousses (Ch. Vassallo) 

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dream Turgot (K. Saliba) Ħin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Atus Picken (D. Xerri) 3. Dauphin Hibe (P. Galea) 4. Secret Avenue (M. Fenech)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Surf’N Turf (C. Caruana) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Calin d’Havaroche (A. Farrugia) 3. Abydos Du Vivier (C. Degiorgio) 4. Onceforall Face (B. Ħili) 

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gosse Fredano (N. Barbara) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Elegant Thelois (J. Carabott) 4. Bajazet (M. Mizzi) 4. Follow Me (O. Cauchi)

IX Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dito Quick (N. Baldacchino) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Gigaro AM (A. Grech) – Beatnik Turgot (Cherise Farrugia) 4. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) 

Sport