Saturday, December 14, 2024

Surveys riċenti juru aċċettazzjoni Ewropea tal-kaċċa

Aqra wkoll

Stħarriġ minn Sagalytics ta’ Ġunju 2023 (Dr, Vincent Marmarà Ph.D. (Stir.)), meta nġabru intervisti minn daqs ta’ kampjun ta’ 600 individwu fost il-popolazzjoni Maltija ta’ aktar minn 16-il sena, wera b’mod pożittiv li 50.4% jaċċettaw il-mod kif il-kaċċa sostenibbli hija pprattikata u regolata fil-preżent fil-Gżejjer Maltin, 33.5% ma jaċċettawx tali prattika, filwaqt li 16.1% m’għandhomx opinjoni.

Sadanittant fi Brussell, Stħarriġ immexxi minn YouGov(1) u kkummissjonat mill-Federazzjoni Ewropea għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni (FACE) u organizzazzjonijiet sħab, żvela aċċettazzjoni sinifikanti tal-kaċċa internazzjonali, ħafna drabi imsemija ħażin bħala “Trophy Hunting”.

L-istħarriġ kampjun indipendenti minn YouGov(2)ta’ aktar minn 7000 Ewropej minn ħames pajjiżi, juri li l-maġġoranza taċ-ċittadini tal-UE jaċċettaw il-kaċċa.  23% biss ma jaqblux maż-żamma tal-partijiet tal-annimali u għasafar (li jkunu ppreservati skont l-Arti tat-Tassidermija), prattika li spiss tissejjaħ “Trophy Hunting”, filwaqt li 77% jew japprovaw jew huma newtrali.

Dan jikkuntrasta bil-kbir it-talba li 85% tal-Ewropej jopponu l-kaċċa tat-“trofej” magħmula mill-Humane Society International(3).  Id-direzzjoni ħażina tagħhom irriżulta f’diversi parlamenti nazzjonali li bdew sforzi biex jipprojbixxu l-importazzjonijiet ta’ “trofej”.

Dan l-Istħarriġ, li sar f’Novembru 2023, kellu l-għan li jaċċerta opinjoni pubblika imparzjali dwar l-aċċettazzjoni soċjali tal-kaċċa domestika u internazzjonali.  Fokus kien fuq iż-żamma ta’ partijiet ta’ l-annimali (ibbalzmati) kif ukoll l-aċċettazzjoni ta’ kaċċa legali li tibbenefika l-konservazzjoni.

Dawn is-sejbiet jisfidaw perċezzjoni dejqa tal-kaċċa bħala li timmira biss “trofej” ta’ speċi kariżmatiċi, kif spiss imxerrda minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-annimali.

Għalhekk, projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq il-moviment ta ‘”trofej” miksuba legalment mhumiex appoġġjati mis-soċjetà, u jkollhom impatt negattiv fuq il-komunitajiet lokali, l-ekonomiji, u l-bijodiversità.

Ekonomija

Sport