Wednesday, September 30, 2026
Home Internazzjonali Suspett li pilota ta’ Flydubai pprova jwettaq suwiċidju b’ajruplan

Suspett li pilota ta’ Flydubai pprova jwettaq suwiċidju b’ajruplan

0
67

…rapporti oħrajn jgħidu li l-ajruplan ġie maħtuf

Titjira minn Dubai għal Tel Aviv ġiet iddevjata wara ġlieda fiżika bejn il-piloti, skont ma qalu uffiċjali Iżraeljani lill-midja lokali.

L-ajruplan tal-Flydubai – li telaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubai fl-Emirati Għarab Magħquda kmieni l-Erbgħa filgħodu – u eżatt wara sagħtejn it-tluq wieħed mill-piloti bagħat messaġġ ta’ emerġenza.

Ftit minuti wara, is-sinjal inbidel għal wieħed użat biex tiġi rrappurtata ħtif ta’ ajruplan, iżda aktar tard reġa’ nbidel għas-sinjal ġenerali ta’ emerġenza.

L-uffiċċju tal-Prim Ministru Iżraeljan stqarr li l-inċident ma kienx meqjus bħala ħtif tal-ajruplan.

Minflok, huwa maħsub li s-sinjal intbagħat wara tilwima bejn il-pilota u l-ko-pilota, skont rapporti tal-midja lokali li kkwotat uffiċjali tad-difiża Iżraeljani.

L-ajruplan – li kien qed iġorr madwar 150 persuna, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma Iżraeljani – kellu jinżel fl-Ajruport Ben-Gurion iżda minflok niżel fl-Ajruport ta’ Tabuk fil-grigal tal-Arabja Sawdija.

Il-Forza tal-Ajru Iżraeljana bagħtet ajruplani tal-gwerra b’reazzjoni għall-inċident, u l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu laqqa’ kumitat apposta biex jaraw dan l-inċident.

Rapporti oħrajn fil-midja qalu li wieħed mill-piloti wara sagħtejn mill-tluq niżżel l-ajruplan f’ogħli ta’ 15,000 pied minn 30,000 fi ftit minuti. Jirriżulta li l-pilota l-ieħor induna b’dak li kien qiegħed jagħmel il-kollega u “fi ġlieda” hu reġa’ ħa l-kontroll tal-ajruplan.

Uħud mill-passiġġieri soffrew xi ġrieħi tant li kien hemm ritratti juru persuni bid-demm.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here