Uffiċjali Ukreni qegħdin jiddikjaraw li r-Russja xeħtet arma kimika f’Muripol.
Skont rapporti jidher li s-suldati qegħdin ibatu minn sturdament, problemi respiratorji u sintomi oħra ta’ din is-‘sustanza mhux magħrufa’ li qiegħed jingħad li nxterdet permezz ta’ drone.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky wissa’ dwar il-possibbiltà li r-Russja taġixxi b’dan il-mod f’wieħed mill-aħħar indirizzi virtwali tiegħu, iżda ma kkonfermax li dawn l-armi kienu diġà ntużaw.
Rapporti mhux verifikati qed jissuġġerixxu li din is-sustanza nxterdet f’Muripol u li konsegwentament din mistennija taqa’ f’idejn ir-Russi b’mod imminenti.