Il-goalkeeper internazzjonali Ġermaniż Sven Ulreich ġedded il-kuntratt professjonali tiegħu ma’ Bayern Munich sat-30 ta’ Ġunju 2024.
Ulreich, li għandu 34 sena, jinsab kuntent fl-Allianz Arena minkejja li ħafna drabi jkun bħala riserva tal-gowlkiper regolari Manuel Neuer.
Hu qal li jixtieq ikompli jagħti servizz lill-klabb li ilu miegħu sa mis-sena 2021 fejn fih lagħab disa’ partiti biss. Aktar qabel hu kien jilgħab ma’ Hamburg u Stuttgart