Wednesday, April 24, 2024

Napoli se jġeddu l-kuntratt ta’ Giovanni Di Lorenzo

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Napoli flimkien mad-direttur sportiv Cristiano Giuntoli qed jaħdmu qatigħ sabiex iġeddu l-kuntratt tal-captain tagħhom Giovanni Di Lorenzo. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u ilu mal-Partenopei sa mis-sena 2019 fejn skorja seba’ gowl f’116-il partita.

Il-plejer li jilgħab bin-numru 22 bħala difensur lemini, qed ikun lider kbir mat-tim li jinsab fl-ewwel post tal-klassifika bil-president Aurelio de Laurentis li jridu aktar snin miegħu.

Sport