Sunday, September 8, 2024

Swieqi Futsal u Lija Athletics A fil-finali tal-Enemed Women’s Futsal Trophy

Aqra wkoll

Se jkunu Swieqi Futsal u Lija Athletics A li se jikkontestaw il-finali tal-Enemed Women’s Futsal Trophy wara rebħiet tajbin kontra l-avversarji rispettivi tagħhom fis-semifinali.

Swieqi Futsal iddominaw kompletament il-konfront tagħhom kontra Lija Athletics A tant li rebħu bl-iskor kbir ta’ 6-0.

Andeler Kricok kienet f’forma mill-aqwa għat-tim minn Swieqi meta skorjat tripletta personali bil-gowls l-oħrajn li ġew skorjati minn Danna Fuentes, Vanessa Carneiro u Amy Abdilla.

Referees kienu Pierre Bonnici u Ray Tabone.

Lija Athletics A dawru telfa f’rebħa fil-konfront kontra Santa Margherita tant li rebħu 4-2.

Sa tmiem l-ewwel taqsima, Santa Margherita kienu qed jirbħu 2-0 wara gowls ta’ Ilenia Navarro u Audrienne Chetcuti.

Fit-tieni taqsima, Lija Athletics A inbidlu mil-lejl għan-nhar wara li Irena Drugovic ġabet l-iskor indaqs, Ruth Steer Cheetham skorjat tripletta f’temp ta’ tmien minuti li ta l-kwalifikazzjoni għall-finali lit-tim tagħha.

Referees kienu Jonathan Balzan u Jean Pierre Mifsud.

Il-finali bejn Swieqi Futsal u Lija Athletics A se ssir nhar it-Tlieta li ġej fil-Padiljun ta’ San Alwiġi f’Birkirkara u tibda fid-9.15pm.

Ekonomija

Sport