Wednesday, July 24, 2024

Veterani: MFPA jibqgħu konsistenti

Aqra wkoll

MFPA komplew iżommu l-ewwel post tal-VMFA Cisk Premier League meta f’logħba mimlija gowls, għelbu lil Luxol 11-6.

Il-Malta Football Players Association għalqu l-ewwel taqsima 7-3 minn fuq u għalkemm it-tim minn St Andrew’s beda ġej bil-mod, xorta ma setax ilaħħaq mal-qawwa tal-avversarji.

Roderick Bajada kien awtur ta’ tripletta, George Frendo u Aleksandar Ribic skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Manuel Sevasta, Jonathan Bondin, Aleksandar Marinkovic u Charles Polidano wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Mauro Camoranesi skorja hat-trick filwaqt li Mano Micallef, Luke Satariano u Michael Galea naqqsu l-marġni tal-iskor għal Luxol

Gżira United jinsabu punt biss bogħod mil-leaders wara rebħa faċli ta’ 12-3 kontra t-tim tal-qiegħ Żurrieq Wolves.

Ian Zammit kompla jsaħħaħ postu fil-lista tal-aqwa skorers meta kien awtur ta’ sitt gowls. Arthur Oyama skorja tripletta filwaqt li Jamie Pace kellu doppjetta f’ismu. David Azzopardi għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.

Żurrieq sabu x-xibka wara gowls ta’ Robert Zammit, Clarence John Conger Thompson u Nicolai D’Amato.

F’logħba ferm divertenti u bilanċjata, Hibernians u Rabat temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 3-3.

Ilia Nazarov, Jeffrey Chetcuti u Craig skorjaw il-gowls tal-Pawlisti filwaqt li doppjetta ta’ Adam Smeir u Timothy Zammit skorjaw għall-Magpies.

KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE

MFPA 29, Gżira United 28, Birkirkara St Helen’s 23, Hibernians 19, Luxol, Rabat Veterans 17 , Żejtun Red Stars 12, Żurrieq Wolves 3

Ekonomija

Sport