Saturday, March 28, 2026

Ta’ tnax-il sena ġiet diagnosed b’kanċer u fieqet … issa li hi Avukata qed tgħin fil-liġi tar-Right to be Forgotten

Aqra wkoll

Jiena Corinne. Ta’ tnax-il sena gejt diagnosed b’cancer u għalkemm it-triq ma kinitx faċli, bil-kura u s-support fieqt. Għal parti mill-kura kelli nitla’ Londra. Dak iż-żmien ma kienx hemm appartamenti ta’ Puttinu għax kienu għadhom jibdew, imma Puttinu xorta waħda krielna appartament. Konna noqgħodu tliet familji Maltin f’appartament wieħed. Kienet difficċi ħafna ssib tikri viċin l-Isptar, iżjed u izjed meta ma tkunx taf kemm ser idum it-trattament u ghalhekk ikollok tikri short-let, li tigi spiża ħafna iżjed. Fil-każ tiegħi fortunatament wara xahrejn kont lesta u nżilt lura Malta biex inkompli t-trattament hawnhekk.

Illum għaddew għoxrin sena. Għalkemm ma nistħi xejn nghid li għaddejt minn din l-esperjenza, anzi ninsab kburija u dejjem grata lejn l-għajnuna kollha li rċivejt specjalment minn Puttinu Cares, iltqajt ma’ sitwazzjonijiet fejn minkejja li rbaħt il-marda, bqajt niġi kkastigata daqs li kieku m’għaddiliex. Dan speċjalment meta mort nieħu life insurance għad-dar. Tkellimt ma’ Puttinu u din il-problema ma kinitx tiegħi biss iżda ta’ kull żgħażugħ/a li fiequ meta kienu żgħar, kibru, għamlu suċċess, u marru biex jixtru post.

Jiena gradwajt bħala Avukat u għalhekk ħassejt li stajt ngħin f’din il-biċċa xogħol. Grazzi għal Puttinu sibna anke support mill-Parlament, b’rieda mill-membri kollha, u għint biex abbozzajna liġi – id-Dritt li Tintesa (Right to be Forgotten). Għad fadal xi diskussjonijiet iżda sibna appoġġ anke mill-industriji relatati u jekk Alla jrid din il-liġi għandha tgħaddi.

B’hekk dawk it-tfal kollha li għaddew minn din l-esperjenza jew għadhom għaddejin, jistgħu jagħmlu kuraġġ li din mhix għal dejjem. Din marda temporanja, tegħlibha u tkompli ħajtek u ssib is-suċċess li tkun xtaqt u ħdimt għalih.

Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares fejn bħalissa għaddejjin il-preparazzjonijiet għal maratona tal-Ġimgħa l-Kbira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport