Wednesday, July 24, 2024

Ta’ Xbiex Futsal jirbħu l-Enemed Challenger League

Aqra wkoll

Ta’ Xbiex Futsal rebħu l-Enemed Challenger League wara li f’finali ferm emozzjonanti għelbu lil Birżebbuġa St Peter’s 6-5 wara l-ħin barrani.

Wara li fl-ewwel taqsima Ta’ Xbiex ikkontrollaw tajjeb u skorjaw żewġ gowls, fit-tieni taqsima seħħet ir-rimonta ta’ Birżebbuġa li baqgħu jemmnu sal-aħħar tant li sa tmiem l-40 minuta regolamentari l-iskor spiċċa 3-3.

Fil-ħin barrani, il-logħba baqgħet tkun sabiħa b’Ta’ Xbiex li reġgħu stabilixxew vantaġġ iżda b’Birżebbuġa li qatt ma qatgħu qalbhom għalkemm ma rnexxielhomx iġibu l-iskor indaqs fl-aħħar minuti tal-logħba.

Stefi Cale u Liam Caruana skorjaw żewġ gowls kull wieħed bi Juan Bautista Conde u George Frendo jżidu aktar gowls għal Ta’ Xbiex.

Birżebbuġa St Peter’s skorjaw permezz ta’ tripletta ta’ Francesco Ferraro u b’gowls oħrajn ta’ Kieran Debono u Armando Gjepali.

Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet li laħqu l-qofol tagħhom meta l-viċi-presidenti Kurt Rizzo u Nathan Jones ippreżentaw t-tazza lill-captain ta’ Ta’ Xbiex Redeemer Borg.

Referees kienu Danilo Francalanza u Andrea Naudi.

Ekonomija

Sport