Wednesday, April 24, 2024

Tabib Indjan jilmenta minn ‘ostakli’ u problemi kull meta jiġi biex iġedded il-permess ta’ residenza

Aqra wkoll

Tabib Indjan, Ravindra Omprakash Agarwal, li ilu jgħix u jaħdem f’Malta għal dawn l-aħħar disa’ snin, u li fil-preżent hu kuntrattur ‘self employed, fejn miegħu jimpjega għadd ta’ tobba Maltin, ilmenta quddiem il-Qorti li hu kien qed jesperjenza problemi kull darba li jiġi biex iġedded il-permess ta’ residenza u l-liċenzja tal-impjieg tiegħu.

Hu jispjega li  kien jaħdem bħala tabib permezz tas-single permit, iżda wara l-2015 huwa beda jaħdem fuq bażi self-employed permezz ta’ permess ta’ residenza u liċenzja tal-impjieg li jiġġeddu kull sena. Fi kliemu stess, il-problemi li jiffaċċja huma  minħabba ostakli li joħolqu l-imsieħba involuti fit-tiġdid fosthom l-Aġenzija Identity Malta u l-JobsPlus.

Qal li biex jevita dawn il-problemi, f’Diċembru tal-2019 huwa applika għal status ta’ resident li joqgħod għal żmien twil,  liema status ġie rifjutat fuq il-premessa li hu ma ppreżentax biżżejjed evidenza ta’ miżuri ta’ integrazzjoni, fosthom il-kors I-Belong u l-kors tal-Malti. Ravindra qal ukoll li minkejja li fil-mori tal-proċeduri quddiem il-Bord, huwa ppreżenta kopja tar-riżultati tal-kors tal-Malti li attenda u għadda minnu b’99 fil-mija tal-marki, l-appell tiegħu xorta waħda ġie rifjutat għar-raġuni li huwa naqas milli jattendi kors organizzat mis-servizz tax-xogħol pubbliku jew kull awtorità kompetenti oħra, u li kien jikkonsisti għall-anqas minn mitt siegħa, u li kellu bħala materji tas-suġġetti l-ambjent u l-istorja soċjali, ekonomika, kulturali u demokratika ta’ Malta. 

Ravindra jiddikjara li l-lingwa materna tiegħu hija l-Ingliż, u li huwa mwieled l-Indja iżda għex u ħadem fir-Renju Unit għal aktar minn għoxrin sena. Spjega li huwa m’għandux il-kwalifika ta’ QFM Level 2 fil-lingwa Maltija, iżda li huwa jitkellem waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Malta, l-Ingliż. Jirriżulta li fl-ittra li ntbagħtet liill Ravindra mill-Aġenzija Identity Malta fis-27 ta’ Diċembru, tas-sena 2019, huwa ġie mgħarraf li t-talba tiegħu għal ‘long-term residence status’ ma setgħetx tiġi milqugħha għax huwa naqas li jippreżenta evidenza li għandu r-rekwiżiti meħtieġa. 

Ravindra ressaq l-appell tiegħu mid-deċiżjoni appellata fit-18 t’Awwissu tas-sena li għaddiet, fejn talab lil-Qorti tħassar, tirrevoka u tikkanċella d-deċiżjoni mogħtija fid-9 t’Awwissu tas-sena 2021, u konsegwentement tilqa’ t-talba tiegħu sabiex jingħata l-istatus ta’ resident li joqgħod għal żmien twil.

Hu spjega li huwa ilu jgħix Malta għal madwar disa’ snin, fejn jaħdem bħala tabib liċenzjat, u dan b’effett minn Ġunju tas-sena 2012. Spjega li fil-bidu huwa kien jaħdem bħala tabib permezz tas-single permit, iżda wara l-2015 huwa beda jaħdem fuq bażi self-employed permezz ta’ permess ta’ residenza u liċenzja tal-impjieg li jiġġeddu kull sena. Qal li kemm ilu Malta huwa ħadem f’diversi postijiet, dejjem fil-qasam tas-saħħa, kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, u fil-preżent huwa jaħdem bħala kuntrattur self-employed fejn jimpjega miegħu għadd ta’ tobba Maltin. Qal ukoll li tul dawn is-snin huwa dejjem ikkontribwixxa għall-ekonomija Maltija billi ħallas it-taxxa dovuta u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u qatt ma kien ta’ piż fuq il-pajjiż. 

Spjega ukoll li huwa għandu kondotta netta u li jħossu Malti minħabba li integra sew fis-soċjetà Maltija. Żied jgħid li minkejja dan kollu, huwa jiffaċċja għadd ta’ problemi kull darba li japplika sabiex iġedded il-permess ta’ residenza u l-liċenzja tal-impjieg tiegħu, u dan minħabba ostakli li joħolqu l-istakeholders involuti fit-tiġdid fosthom l-Aġenzija Identity Malta u l-JobsPlus. Qal li sabiex jevita dawn il-problemi, f’Diċembru tal-2019 huwa applika għal status ta’ resident li joqgħod għal żmien twil,  liema status ġie rifjutat fuq il-premessa li hu ma ppreżentax biżżejjed evidenza ta’ miżuri ta’ integrazzjoni, fosthom il-kors I-Belong u l-kors tal-Malti. Qal ukoll li minkejja li fil-mori tal-proċeduri quddiem il-Bord, huwa ppreżenta kopja tar-riżultati tal-kors tal-Malti li attenda u għadda minnu b’99 fil-mija tal-marki, l-appell tiegħu xorta waħda ġie rifjutat għar-raġuni li huwa naqas milli jattendi kors organizzat mis-servizz tax-xogħol pubbliku jew kull awtorità kompetenti oħra, u li kien jikkonsisti għall-anqas minn mitt siegħa, u li kellu bħala materji tas-suġġetti l-ambjent u l-istorja soċjali, ekonomika, kulturali u demokratika ta’ Malta. 

Enfasizza li fiż-żmien li huwa ilu jgħix Malta, hu mhux talli integra bis-sħiħ mal-poplu Malti, talli llum huwa bniedem rispettat ferm fis-soċjetà Maltija, u jimpjega miegħu għadd ta’ tobba Maltin li jitħallsu minnu, filwaqt li jaħdem ma’ tliet entitajiet governattivi differenti, jiġifieri mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u maċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-immigranti. Qal ukoll li fil-fehma tiegħu, il-Bord naqas milli jieħu konjizzjoni tal-fatti rilevanti tal-każ, jiġifieri l-fatt li huwa integra bis-sħiħ mal-poplu Malti. Ravindra spjega  ukoll li l-Bord naqas milli jieħu konjizzjoni tal-argument tiegħu dwar proċeduri ta’ nuqqas ta’ konformità varati mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-differenza fir-rekwiżiti applikabbli għal proċeduri ta’ status ta’ resident li joqgħod għal żmien twil, u dawk applikabbli għall-proċeduri ta’ ċittadinanza b’naturalizzazzjoni. Qal li l-imsemmija proċeduri ta’ nuqqas ta’ konformità ġew imnedija abbażi tal-fatt li r-rekwiżiti dwar integrazzjoni applikabbli għall-proċeduri ta’ status ta’ resident li joqgħod għal żmien twil, huma ferm aktar onerużi minn dawk applikabbli għal ċittadinanza b’naturalizzazzjoni. 

Id-Direttur għad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza wieġeb li l-bażi tar-rifjut għal “long term residence application’ ta’ Ravindrahuwa bbażat fuq il-fatt li huwa naqas milli jattendi għal kors ta’ ‘living and working in Malta’, minimu ta’ 100 siegħa, u li jġib marka ta’ mhux anqas minn 75%. Qal li dan ir-rekwiżit għandu jitqies neċessarju bħala miżura ta’ integrazzjoni fis-soċjetà Maltija, u għandu jkun evidenti li l-appellant ma jissodisfax dan ir-rekwiżit, u għalhekk ma jistax jifhem għal liema raġuni l-appellant qiegħed jippretendi li għandu jingħata ‘long term residence status’. 

Il-qorti qalet li Ravindra hu ċittadin ta’ pajjiż terz li ilu jgħix u jaħdem hawn Malta bħala tabib għal diversi snin. Fir-rikors tal-appell tiegħu, hu jgħid li huwa jesperjenza problemi kull darba li jiġi biex iġedded il-permess ta’ residenza u l-liċenzja tal-impjieg tiegħu, u huwa għalhekk li applika għal status ta’ resident li joqgħod għal żmien twil, sabiex jevita li jħabbat wiċċu ma’ problemi amministrattivi kull darba li jagħmel applikazzjoni bħal din. Il-long-term residence permit li applika għalih l-appellant ġie rifjutat wara li ġie stabbilit mill-Aġenzija Identity Malta u wara mill-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni li l-appellant ma ssodisfax ir-rekwiżiti 

Il-Qorti qalet li Ravindra donnu qiegħed jistieden lill-Qorti tgħaddi ġudizzju dwar jekk bil-profil tiegħu u bil-kontribut li huwa ta lis-soċjetà Maltija tul is-snin li ilu jgħix hawn Malta, hu għandux jitqies li integra fis-soċjetà Maltija b’mod suffiċjenti. Qalet li hu donnu qiegħed jargumenta wkoll li hemm lok fejn din il-Qorti ssib li l-kontribut li huwa ta lis-soċjetà Maltija tul is-snin li ilu jgħix hawn Malta, jista’ b’xi mod jegħleb ir-rekwiżit li jattendi l-korsijiet imsemmija fil-Leġislazzjoni Sussidjarja.

Dwar l-‘infringement proceedings’ mibdija mill-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti qalet li  huwa minnu li l-Kummissjoni Ewropea nediet ‘infringement proceedings’ fir-rigward, madanakollu l-proċess għadu mhux konkluż u għad mhemm l-ebda deċiżjoni kontra Malta dwar din l-anomalija bejn ir-rekwiżiti li jridu jiġu sodisfatti għaż-żewġ ċirkostanzi differenti.

Il-Qorti qalet li jirriżulta wkoll li d-Direttiva 2003/109/KE tistipula li l-Istati Membri jistgħu jitolbu ċittadini minn pajjiżi terzi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-integrazzjoni skont il-liġi nazzjonali ta’ dak il-pajjiż. Il-Qorti ċaħdet it-talbiet ta’ Ravindra.

Sport