Sunday, November 24, 2024

Table-Football: Bormla fir-raba’ post tar-rankings mondjali tal-FISTF

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda ġewwa Ludwigsburg sar il-Grand Prix tal-Ġermanja fejn is-Sibt fil- kompetizzjoni individwali, il-player Bormliż Jason Pisani wasal sal-Final tal-Veterani fejn tilef mat- Taljan Calonico 0-1 fis semi-finali. Pisani rebah lill-Belġjan De Leeuw 1-0 u fil-kwarti tal-finali rebaħ lill-Ispanjol Cuencia 1-0 wara l-għoti tax-shots, fejn rebaħ il-Grupp b’żewġ rebħiet u draw.

L-għada l-Ħadd saret il-kompetizzjoni tat-timijiet, fejn it-team Bormliż rebaħ Grupp 2 b’erba’ rebħiet minn erbgħa kontra Hannover Germanja 4-0, Phoenix Austria 4-0, Hennuyer Avenir Belgium 2-1 u Caen Franza 2-1. 

Huma tilfu fis-semi-finali 3-1 kontra Stembert tal-Belġju li rebħu din il-kompetizzjoni. It-team kien kompost minn Jason Pisani, Mauro Camilleri, John Zammit, Stelio Tsangiouris u Josef Camilleri.

B’dan ir-riżultat, Bormla Subbuteo Club, jiġifieri bir-rebħ tal-Grand Prix ta’ Bormla bil-finali f’’Michelin il-Belġju u b’erba’ semi-finali fi Frameries fil-Belġju, Vjenna l-Awstrija, Messina l-Italja u Ludwigsburg fil-Ġermanja, Bormla, għalqu fir-raba’ post tar-rankings mondjali tal-FISTF.

Sport