Monday, June 9, 2025

Table-Football: George Ebejer finalist fil-Belġju

Aqra wkoll

Prestazzjonijiet tajbin mill-Maltin f’żewġ kompetizzonijiet maġġuri hekk kif kellna finalist Malti ġewwa l-Belġju.

George Ebejer wasal sal-finali fl-International Open ta’ Wamme ġewwa l-Belġju. Ebejer għeleb lil William van den Houte u Noah Jansses fis-stadji preċedenti iżda tilef il-finali kontra Christophe Dheur.

Bormla SC ikkompetew fil-kategorija tat-timijiet iżda kienu eliminati fil-fażi tal-gruppi bi’ skwadra ta’ 3 plejers.

Spencer Conti ukoll kien fl-azzjoni fl-International Open ta’ Chalkida ġewwa l-Greċja. Fil-kategorija individwali, Conti wasal tal-fażi tal-barrage. Fil-kategorija tat-timijiet, Conti ikkompeta mat-tim tiegħu Reggio Calabria SC iżda kienu eliminati fil-fażi tal-gruppi.

Il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin kienet possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport