Il-plejer tat-table tennis Felix Wetzel kien protagonista assolut fiċ-Champions League meta kiseb rebħa kruċjali għat-tim tiegħu SPG Felbermayr Wels. B’dan is-suċċess, dan it-tim jinsab pass bogħod sabiex jikkwalifikaw għat-tieni fażi ta’ din il-kompetizzjoni.
Sadanittant, il-plejers Maltin tal-MITTC li sar l-ewwel klabb Malti li kiseb kwalifikazzjoni storika għat-table tennis Malti fl-Europa Cup, ingħaqdu ma’ Wetzel f’Wels l-Awstrija sabiex jagħtu l-inkoraġġiment tiegħu lejn il-plejer li jilgħab magħhom mat-tim nazzjonali Malti.
Wetzel għandu 21 sena u fl-aħħar Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar rebaħ tliet midalji tad-deheb. Matul dan is-sajf hu tela’ wkoll fir-rankings mondjali f’dan l-isport hekk kif jinsab fil-255 post.