Monday, May 13, 2024

“Ir-Rabat tilef tifel ġenwin, ħabrieki u b’qalb tad-deheb”

Titħabbar il-mewt ta’ Kevin Galea

Aqra wkoll

Bħal-leħħa ta’ berqa madwar ir-Rabat Malta u l-inħawi ġriet l-aħbar li Kevin Galea ħalla din id-dinja.

Fost il-ħafna persuni li kitbu dwaru kien hemm Nigel Mifsud fejn qal li: “Ir-Rabat tilef tifel ġenwin, ħabrieki, b’qalb tad-deheb u għal bosta tilfu ħabib”. Mifsud jikteb li “imma San Ġużepp għandu ħdejh żagħżugħ leali, li serva ta’ xempju għalina lkoll.”

Fuq il-paġna One Nine Three, li hija għaqda taż-żgħażagħ Rabtin intqal li kulħadd jinsab imbikkem hekk kif tħabbret il-mewt taż-żagħżugħ: “Żgħażugħ attiv fil-komunità tagħna. Kevin kien bniedem ħabrieki immens li kien jagħti daqqa t’id f’kull qasam li għandu x’jaqsam mal-festa tagħna u kien dejjem lest li jagħti parir tajjeb lil min kellu bżonn. Żgur mhux forsi, lil Kevin se nibqgħu niftakruh b’dik it-tbissima li dejjem kien jixhet fuq wiċċu anke f’dawk il-mumenti kemxejn kiefra”.

Persuni oħrajn filwaqt li sellmu l-memorja tal-ġuvni wasslu wkoll il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Sport