Friday, October 25, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mina ta’ Hompesch, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Nissan Almera misjuqa raġel ta’ 47 sena, u mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 37 sena. Iż-żewġ persuni huma residenti Ħaż-Żabbar stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed għal aktar kura l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport