Friday, September 6, 2024

Table-tennis: Daniel Bajada jibbrilla fl-ewwel ranking tournament tat-table tennis

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ MITTC Daniel Bajada rebaħ l-ewwel ranking tournament nazzjonali tas-sena 2024 organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis meta fil-finali għeleb lil Luke Bonello minn HITT Academy 3-0. 

Minkejja t-telfa, anke Bonello kien tajjeb fil-logħob tiegħu fejn fl-eta’ ta’ 16-il sena qed ikompli jtejjeb il-ħiliet tiegħu f’dan l-isport. Fil-fatt, bil-punti li kiseb hu jinsab it-tielet fir-ranking nazzjonali.

Min-naħa l-oħra, Bajada kellu tournament pożittiv ferm fejn rebaħ il-logħob kollu li lagħab filwaqt li ma tilef l-ebda game.

Ekonomija

Sport